Iktar minn kwart tal-ħaddiema fis-settur tal-catering biddlu x-xogħol minħabba l-paga li kienu qed jitħalsu.
Dan ħareġ minn survey illi sar mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering fejn ipparteċipaw 121 ristorant li jimpjegaw madwar 2,000 impjegat fuq bażi full time u part time bejniethom.
Dawk li rrispondew saħqu kif persentaġġ kbir ta’ talent f’dan is-settur qed jintilef hekk kif il-ħaddiema qed jagħżlu li minflok imorru jaħdmu f’kumpaniji ta’ igaming u l-bejgħ ta’ propjetà.
L-iktar impjegati li jaħdmu fil-catering bl-inqas paga huma dawk li jnaddfu, kemm dishwashers u anke cleaners, hekk kif bħala medja jitħalsu inqas minn €14,500 fis-sena.
Warajhom jiġu l-waiters u l-koki, b’paga ta’ bejn l-€14,500 u d-€19,200 fis-sena.
Chefs ta’ grad ogħla jitħalsu iktar, b’medja ta’ bejn il-€15,600 u €31,200. U l-kok li jmexxi r-ristorant, jiġifieri l-Head Chef, jitħallas medja ta’ bejn s-€27,600 u l-€40,000.
Min naħa l-oħra, managers ta’ ristorant jitħallsu medja ta’ bejn d-€19,200 u l-€34,000 fis-sena.
Mill-istess survey irriżulta li l-ħaddiema kollha fil-catering jieħdu bħala medja €3,600 addizjonali f’tips kull sena.
//= $special ?>