Lokali

L-ikbar vapur li joffri fiera ta’ kotba jirritorna f’pajjiżna

Logos Hope, l-ikbar vapur li nbidel f’fiera ta’ kotba se jkun qed jirritorna fil-port tal-Belt Valletta mit-13 ta’ Lulju ‘l quddiem.

Dan il-vapur kien ġie f’pajjiżna lura f’Settembru tal-2010 fejn kien laqgħa madwar 30,000 persuna fuqu.

Din il-fiera tikkonsisti f’varjetà ta’ iktar minn 5,000 ktieb… mix-xjenza, l-isports, it-tisjir, l-arti, u ħafna iktar kotba kemm għat-tfal u anke għall-adulti.

Dan il-vapur se jkun qed joffri wkoll post għall-familja kollha biex tirrilassa, fost kafetterija.