Sport Sport Ieħor

Ons Jabeur ssir l-ewwel mara Għarbija fil-finali ta’ Wimbledon

(Ritratt: EPA)

It-tielet seed Ons Jabeur saret l-ewwel mara Għarbija fil-finali ta’ Wimbledon meta fis-semi finali għelbet lil Tatjana Maria 6-2 3-6 6-1. Jabeur għelbet lil Maria li hija omm ta’ żewġ ulied u tinsab fil-103 post fir-rankings tal-WTA, fejn kienet qed taspira li ssir l-ewwel mara fil-finali b’ranking daqshekk baxx. Fil-finali Jabeur issa tiltaqa’ kontra Simona Halep jew Elena Rybakina fis-Centre Court. Jabeur b’hekk hi l-ewwel mara Afrikana li waslet sal-finali sa minn Sandra Reynolds mill-Afrika t’Isfel, li waslet sal-finali f’Wimbledon fl-1960.