Sport Sport Ieħor

Tour de France: Simon Clarke jirbaħ fil-ħames stadju

(Ritratt: EPA)

Fuq medda ta’ 157 kilometru bejn Lille Metropole u Arenberg Porte de Hainaut, l-ewwel suċċess għal Simon Clarke tal-Awstralja għal Israel Premier Tech li rebaħ bi sprint fuq l-Olandiż Taco Van Der Hoorn ta’ Intermarche Wanty filwaqt li fit-tielet post daħal Edvald Boasson Hagen tan-Norveġja għal Totalenergies b’distakk ta’ żewġ sekondi min Der Hoorn.

Fil-klassifika ġenerali il-Belġjan Wout Van Aert ta’ Jumbo Visma għadu bil-flokk isfar bħala leader tat-Tour b’total ta’ 16-il siegħa 17 il-minuta u 22 sekonda b’vantaġġ ta’13-il sekonda fuq Neilson Powless tal-Istati Uniti għal EF Education Easy Post filwaqt li fit-tielet post bir-riżultat tal-ħames prova tela’ Edvald Boasson Hagen tan-Norveġja għal Totalenergies b’distakk ta’ 14-il sekonda. Is-sitt stadju tat-Tour huwa bejn Binche u Longwy .