Wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Fondazzjoni LifeCycle se torganizza t-22 edizzjoni tan-Nescafé LifeCycle Challenge 2022 mill-31 ta’ Ottubru sal-14 ta’ Novembru fl-Arġentina u ċ-Ċilì. Din se tkun l-ewwel darba li din l-isfida bir-roti se ssir fl-Amerka t’Isfel bl-għan li jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u għall-pazjenti bil-mard tal-kliewi.
F’din l-isfida, 25 ċiklist se jaqdfu 2,000 kilometru bir-rota mill-kapitali tal-Arġentina Buenos Aries sa Santiago, iċ-Ċilì. Iċ-Ċilì se jkun il-50 pajjiż li se jkunu marru fih iċ-ċiklisti tan-Nescafé LifeCycle Challenge mindu bdiet issir aktar minn 20 sena ilu.
Din l-isfida fl-Amerka t’Isfel oriġinarjament kienet ippjanata li ssir fl-2020 imma kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija.
Il-fundatur ta’ LifeCycle, Alan Curry, qal li fuq medja kull ċiklist mistenni jagħmel distanza ta’ bejn il-160 u l-200 kilometru kuljum għal għaxart ijiem. Iċ-ċiklisti se jitilgħu sa għoli ta’ madwar 3,500 metru fl-Andes, l-ogħla sfida li qatt kien hemm s’issa mill-edizzjonijiet kollha.
Il-25 parteċipant se jibdew it-taħriġ tagħhom fil-11 ta’ Lulju sabiex ikunu lesti għall-isfida li se ssir fi żmien erba’ xhur oħra.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>