Futbol Sport

Futbol tan-nisa – Euro 2022: Faċli għan-Norveġja

F’Saint Mary’ Stadium; Norveġja għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq 4-1 bin-Norveġja fuq l-offensiva wara biss 10 minuti minn azzjoni ta’ Guro Reiten kienet Julie Blakstad li għelbet lil Jacqueline Burns biex poġġiet lin-Norveġja fil-vantaġġ. Għaddew tlett minuti u l-iskor sar 2 – 0 wara li Frida Leonardsen Maanum minn pass ta’ Ada Hagerberg għelbet mill-ġdid lil Burns.

Ebda reazzjoni mill-Irlanda li fil-31 minuta sofriet gowl ieħor wara penalty mgħoti u skorjat minn Caroline Graham Hansen bl-ewwel taqsima tintemm 3-0. Fid-49 minuta f’azzjoni iżolata minn azzjoni ta’ Rachel Furness kienet Julie Nelson li naqqset l-iskor għall-Irlanda. Madankollu fl-54 minuta, kienu Norveġja li permezz ta’ Guro Reiten għamlet l-iskor 4 – 1.