Issa għandna konferma – ic-Chairman tal-MTA, Gavin Gulia kkonfermalna li l-Awtorità qed tiproġetta li taqbeż il-budget mogħti lilha mill-Gvern għal din is-sena b’21 miljun ewro.
“Din hija sitwazzjoni ta’ projected, estimated li se jinqabeż il-budget,” qal Gulia.
Għall-2022, l-Awtorità kienet ingħatat 108 miljun ewro, bl-MTA tmur sew overbudget fuq dan l-ammont allokat lilha. Flus żejda li wara kollox ittihdu minn but il-poplu Malti u Għawdxi.
U meta Gavin Gulia ġie mistoqsi dwar din in-nefqa, ma tantx deher inkwetat. Bl-eks deputat Laburista jghidilna li din hija biss stima.
“Irrid naraw is-sitwazzjoni fl-aħħar tas-sena u mhux issa,” qal Gulia.
Gavin Gulia mhux talli jidher mhux inkwetat li l-MTA se tkun qed tonfoq 20 miljun ewro extra….talli spicca qalilna li dan l-infieq żejjed huwa pjuttost normali, u l-Awtorità dejjem talbet flus addizzjonali lill-Gvern.
“Ilna s-snin ningħataw flus addizzjonali,” qal Gulia.
Intant….dwar ir-rapporti li diversi kumpaniji bhalissa qed jiġru wara l-MTA biex jiehdu flushom, Gavin Gulia stqarr li din hija biss percezzjoni li qed tohloq il-media.
“Din hi biss perċezzjoni li qed jiġru warajna xi kredituri,” qal Gulia.
Fl-ahhar xhur, uffiċjali tal-Gvern ma setgħux jifmhu kif l-ispejjeż tal-MTA sparaw daqshekk ‘il fuq – bil-Prim Ministru Robert Abela jidher li jinsab konxju tas-sitwazzjoni. U l-Ministru Clayton Bartolo donnu ftit li xejn għandu rieda li jieħu azzjoni.
//= $special ?>