Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara ħabta f’San Ġiljan

Ilbieraħ waranofsinhar raġel spiċċa l-isptar Mater Dei jsofri ġrieħi gravi wara li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 76 sena residenti Ta’ Xbiex u karozza misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti San Ġiljan.

Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn hemmhekk kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.