Lokali

Iweġġa’ wara li waqgħet fuqu ħadida li kienet qed tinġarr minn forklifter

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, raġel sofra ġrieħi gravi wara li waqgħet fuqu ħadid li kienet qed tinġarr minn forklifter f’maħżen li jinsab fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 61 sena residenti Birkirkara kien qed jaħdem u weġġa’ bil-ħadid li laqtitu.

Ir-raġel ingħata l-assistenza fuq il-post minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.