Enerġija Lokali

“Kull darba li qed nixegħlu d-dawl, qed ninsterqu”

Il-Gvern qed jisraqna kull darba li jibagħtilna l-kont tad-dawl. U tlett ijiem ilu, il-Qorti kkonfermat dak li ilu jgħid snin il-Partit Nazzjonalista.

Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino f’kumment fuq il-media soċjali kmieni dalgħodu.

Piccinino fakkar kif diġa’ għaddew tlett ijiem mid-deċiżjoni tal-Qorti u mhux talli l-Gvern ta’ Robert Abela għadu ma jridx jagħti lura l-flus li seraq, imma għadu ma rranġax is-sistema biex jieqaf jisraq lill-familji.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN stqarr illi “filwaqt li l-ħajja qed togħla ta’ kuljum, il-Gvern mhux talli ma jridx jagħti lura dak li seraqna fl-aħħar snin, imma għadu qed joħdilna l-flus żejda kull darba li jibgħat il-kont tad-dawl.”

“Kull darba li qed nixegħlu d-dawl, qed ninsterqu. U issa dan ikkonfermatu anke l-Qorti.”