Lokali

L-aħħar preparamenti għall-kunċert tal-orkestra tal-BBC

Fl-aqwa tagħhom il-preparamenti sabiex is-Sibt filgħaxija jittella’ l-kunċert tal-orkestra tal-BBC, illi dis-sena se jkun qed joffri mużika mżewqa ta’ ġeneru rock u pop.

Waqt dan il-kuncert ‘Classic Rock Anthems’ wieħed se jkun jista’ jgawdi  mużika ta’ artisti ta’ fama bħar-Rolling Stones, Queen, David Bowie, Prince, Lady Gaga, Coldplay, Beatles, Tina Turner, Elvis u oħrajn…b’kanzunetti li se jitwasslu minn madwar 90 mużiċist.

Net News tkellem mad-Direttur u l-Producer ta’ dan il-kunċert, Tony Cherry li spjegalna dak li wieħed għandu jistenna minn dan l-ispettaklu.

Tony Cherry saħaq li għal din is-sena hemm numru ta’ sorpriżi li ġew preparati.

Din hi it-tielet sena li l-Orkestra tal-BBC se tkun qed tagħti spettaklu f’pajjiżna… u din se tkun l-ewwel darba li se jsir il-kuncert mingħajr ebda restrizzjonijiet tal-Covid.

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex dan il-kunċert, bħas-snin passati, ikun jista’ jixxandar fuq ir-radju . Dan wara li s-sena li għaddiet ix-xandira tar-radju ġiet segwita minn xejn anqas minn 15-il miljun persuna.

Ritratti: Martin Agius