Rapport: Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 15
EXILES…………………………….. 6
(3-0), (4-1), (2-2), (6-3)
Iċ-champions Neptunes Videoslots baqgħu mhux megħluba fil-Kampjonat Premier b’rebħa oħra fil-bidu tat-tieni rawnd. Huma reġgħu għelbu lil Exiles, f’dik li kienet it-tielet rebħa staġjonali kontrihom u t-tieni rebħa fi tlett ijiem. Jordan Camilleri kien nieqes għal Neptunes minħabba li hu mweġġa’.
Stevie Camilleri ta vantaġġ komdu lil Neptunes fl-ewwel sessjoni bi tripletta. Exiles ftit inkwetaw serjament lil Alan Borg Cole u ma kinitx sorpriża li Neptunes komplew ikabbru d-distakk fit-tieni sessjoni b’erba’ gowls oħra.
Xutt preċiż ta’ Sam Gialanze flimkien ma’ gowls minn Stevie Camilleri, Jake Muscat u Gabriel Pace għamlu l-vantaġġ ta’ Neptunes 7-0, b’Jake Bajada jiskorja l-ewwel gowl ta’ Exiles lejn tmiem is-sessjoni.
Bil-vantaġġ li bnew, Neptunes setgħu jamministraw il-logħba, b’Exiles fuq in-naħa l-oħra jirnexxilhom iżommu d-distakk baxx kemm jista’ jkun. Iżda fl-aħħar sessjoni, Neptunes għollew il-livell tal-prestazzjoni u wara l-gowl inizjali ta’ Max Aquilina, Neptunes skorjaw sitt gowls konsekuttivi, b’Aquilina jnaqqas id-distakk lejn it-tmiem.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), S. Gialanze (1), G. Pace (2), J. Cachia, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (7), J. Camilleri, J. Abela (1), M. Spiteri Staines, A. Fenech, M. Castillo, M. Rossi, M. Farrugia
Exiles: M. Castillo, N. Saliba, L. Pursehouse, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro (1), M. Fenech, K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (3), D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci, M. Paris Roding
Referees: Giuliana Nicolosi, Ronnie Spiteri
MARSAXLOKK BROWN’S…. 11
OTTERS NIVEA……………….. 7
(1-0), (4-2), (3-3), (3-2)
Marsaxlokk Brown’s kisbu t-tielet rebħa fl-Ewwel Diviżjoni. Huma għelbu l-isfida denja ta’ Otters li kienu fil-logħba għal ħafna mill-konfront iżda kienu kostretti jiġru wara r-rebħa l-ħin kollu.
Max Zammit skorja l-uniku gowl tas-sessjoni favur Marsaxlokk. Ix-Xlukkajri komplew ikabbru l-vantaġġ gradwalment għalkemm Otters bdew jippruvaw jibqgħu fil-logħba tant li naqqsu d-distakk darbtejn għal 2-1 u 4-2.
Otters irnexxielhom jibqgħu fil-logħba fit-tielet sessjoni hekk kif wieġbu tliet darbiet wara l-gowls ta’ Marsaxlokk, inċidentalment skorjati minn Max Zammit. Iżda t-tim ta’ Nenad Navarin aċċerta mir-rebħa fil-bidu tal-aħħar sessjoni meta fetaħ distakk ta’ ħames gowls.
Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri (1), C. Cutajar, B. Zammit, T. Agius, D. Bugeja (2), M. Zammit (6), L. Mallia (1), L. Saliba, R. Galea, J. Valletta, E. Mallia, M. Farrugia, A. Cook (1), M. Lanzon
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), K. Scicluna, L. Grech Carr (4), M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), S. Apap, Z. Bartolo, A. Dimech, M. Grech, K. Micallef, K. Lupi Spencer
Referees: Giuliana Nicolosi, Richard Magri
VALLETTA IZIBET……………. 11
BARRACUDAS…………………. 6
(3-2), (3-2), (2-1), (3-1)
Valletta Izibet żammew ir-rekord perfett fl-Ewwel Diviżjoni anki jekk mhux bl-aqwa prestazzjoni tal-istaġun. Proprju ġimgħa ilu, iż-żewġ timijiet kienu ltaqgħu kontra xulxin, b’Valletta kienu ħarġu rebbieħa 16-2.
Valletta rebħu l-ewwel sessjoni 3-2, bit-tim ta’ Barracudas iġib id-draw f’żewġ okkażjonijiet. Barracudas irnexxielhom jagħmlu l-iskor 4-4 fit-tieni sessjoni b’Dalton Camilleri u Andrew Magri jegħlbu lil Andrew Bugeja. Valletta reġgħu bnew il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem it-tieni sessjoni b’gowls ta’ Stephen Micallef u Kyle Cremona.
Il-kowċ ta’ Valletta Joe Cremona daħħal fil-lasta lill-gowlkiper regolari Benji Busuttil bl-għan li jsaħħaħ id-difiża. Barracudas baqgħu jittamaw iżda qatt ma rnexxielhom inaqqsu d-distakk, b’Valletta jkabbru l-vantaġġ għal 8-5. Il-Beltin għamlu ċert mir-rebħa fl-aħħar sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi skorjati minn Jan Culic, Kyle Cremona u Andrea Agius.
Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, T. Said, L. Hyzler, S. Busuttil (2), Z. Micallef, M. Pace, M. Mifsud (2), S. Micallef (2), A. Agius (1), K. Galea (1), K. Cremona (1), A. Bugeja, J. Culic (2), R. Attard
Barracudas: M. Gouder, A. Piccione, A. Magri (1), P. Micallef, D. Ciantar (1), R. Sciortino, S. Aquilina (1), A. Falzon (1), D. Camilleri, S. Camilleri, A. Mifsud (2), T.J. Mifsud, C. Bugeja, A. Grima Scott, L. Galea
Referees: Alesio Nicholai, Peter Balzan
//= $special ?>