Futbol Sport

Sanderra mal-Primavera ta’ Lazio…..Pisanu kowċ ta’ Hibernians

Hibernians F.C. ippreżentaw lill-kowċ Taljan Andrea Pisanu bħala l-kowċ ġdid tagħhom, inqas minn siegħa wara li l-paġna ta’ Replay (Net Television) żvela li kien imminenti ftehim bejn iż-żewġ partijiet.Pisanu kien mingħajr klabb mindu ħalla lil Sliema Wanderers FC fi Frar li għadda, sena u nofs wara li beda l-esperjenza tiegħu ma’ dan il-klabb, li tiegħu hu wkoll eks plejer.

Pisanu ilu f’pajjiżna għal diversi snin, l-ewwel bħala plejer ta’ Sliema Wanderers FC imbagħad bħala kowċ ta’ Melita F.C., assistent kowċ ta’ Balzan F.C. u eventwalment kowċ ta’ Sliema Wanderers FC

Dan wara li f’deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar sigħat, Hibernians F.C. aċċettaw talba tal-kowċ Stefano Sanderra biex jinħall mill-kuntratt tiegħu mal-klabb. L-aħbar tasal hekk kfi fl-aħħar jiem Sanderra kien avviċinat mill-klabb ewlieni tas-Serie A, S.S. Lazio, u kien offrut pożizzjoni ta’ kowċ tal-Primavera tal-klabb.

Sanderra kien ilu f’pajjiżna mill-2018 fejn ikkompeta għall-ewwel postijiet tal-Kampjonat Premier f’kull staġun tiegħu f’pajjiżna, sakemm eventwalment wassal lill-klabb għar-rebħ tal-Kampjonat u wassal lil Hibernians F.C. sat-tielet rawnd storiku tal-UEFA Europa Copference League.

F’erba’ snin mal-klabb ta’ Raħal Ġdid, Sanderra rebaħ 74 logħba, kiseb 20 draw u 20 telfa biss.