Fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha persuna oħra kaġun tal-Covid-19 biex issa n-numru ta’ vittmi tela’ għal 754.
Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kellna 506 każi ġodda tal-virus, bil-każijiet attivi issa huma 7,939.
Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 507 persuna.
Minkejja li kważi ta’ kuljum qed ikun hemm persuni li jitilfu ħajjithom, jidher li n-numru ta’ pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva huwa pjuttost wieħed baxx, bl-Awtoritajiet tas-Saħħa jisħqu li dan huwa l-iktar fattur importanti sabiex din il-pandemija tkun tista’ tinżamm taħt kontroll.
//= $special ?>