Żagħżugħ ta’ 25 sena sofra ġrieħi ħfief wara li nqaleb bil-karozza fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Net News li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15pm. Minn stħarriġ li sar irriżulta li żagħżugħ minn Raħal Ġdid tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tal-għamla Toyota, u nqaleb.
Fuq il-post issejħet ambulanza u kif ukoll membri tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>