Kenneth Vella
Matul it-38 laqgha tas-sena li saret il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m. Din intrebħet mill-Franċiż Antoine Du Bourg misjuq minn Redent Magro bil-laqgħa tal-Ġimgħa tkun tikkonsisti minn tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.
Fit-tiġrija tal-aqwa klassi ġrew b’kollox għaxar żwiemel. Kif kien mistenni, Antoine Du Bourg (Redent Magro) ma naqasx milli jieħu s-sitt rebħa tas-sena u t-tielet waħda nfila. Hu kien konsistenti tul id-distanza, żied il-pass fl-aħħar metri biex qasam il-linja finali l-ewwel faċilment, b’vantaġġ ta’ tmien tulijiet minn Dragon Rouge (Cliferty Calleja) u Global Wise Guy (Rodney Gatt). Id-debuttant Żvediż Pokemon As (Jean Paul Polidano) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Ta’ min wieħed jirrimarka li ż-żiemel rebbieħ, propjeta’ ta’ Peter Agius, kellu medja ta’ 1.14.4” fil-kilometru.
Intant laqgħa oħra ta’ tiġrijiet fil-korsa tal-Marsa ssir nhar il-Ġimgħa fil-għaxija. L-ewwel tiġrija tkun tibda fis-7pm.
Ir-rebbieħa kollha
I Tigrija Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Dieu d’Occagnes (C. Camilleri) Ħin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Dreamsam d’Oscar (O. Cauchi) 3. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 4. True Wise As (J. Briffa)
II Tigrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Barbara) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) 3. Jadore Sugar (C. Vassallo) 4. Echo Sellois (P. Galea)
III Tigrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Capuchine Phil (M. Refalo) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Black Sky (J.C. Pace) 3. Giotta Buissonay (R. Gatt) 4. Amuse Nous (J. Said)
IV Tigrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Evident Charm (P. Galea) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. French Arctic (N. Baldacchino) 3. Budets Lasse (D. Grima) 4. Diamant Nonantais (R. Gatt)
V Tigrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Fortuna De Coudde (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Flash Du Rabutin (P. Galea) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Fils Du Soir (J.C. Pace)
VI Tigrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Iglesias Boshoeve (C. Calleja) 3. Foppa Sisu (P. Galea) 4. Diva Du Padeoung (M. Debono)
VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Dragon Rouge (C. Calleja) 3. Global Wise Guy (R. Gatt) 4. Pokemon As (J.P. Polidano)
VIII Tigrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Denver Haufor (N. Baldacchino) 3. Estak Gentil (R. Magro) 4. Casanove Blue (C. Caruana)
//= $special ?>