Sport Waterpolo

Birżebbuġa jdawru l-logħba fit-tielet sessjoni … Marsaskala jsaħħu t-tieni post fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Rapport: Stewart Said

SIRENS MECCA MARINE……… 9

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 11

(1-1), (4-2), (1-6), (3-2)

Wirja mill-aqwa fit-tielet sessjoni kienet strumentali biex Birżebbuġa Freeport kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u laħqu lill-istess Sirens Mecca Marine fil-klassifika.

Iż-żewġ timijiet fallew okkażjonijiet ta’ man-ups qabel Christian Mifsud kompla l-ballun għal ġewwa u Matthew Chircop ġab id-draw lejn tmiem l-ewwel sessjoni. Il-logħba żdiedet fl-intensità u anki saret ftit aktar fiżika. Sirens irnexxielhom jieħdu vantaġġ żgħir li iżda kien meritat. Dan minkejja li fallew okkażjonijiet pjuttost faċli. Jacob Sciberras spikka b’żewġ gowls importanti fil-bidu u fl-aħħar tas-sessjoni.

Birżebbuġa dawru l-logħba fit-tielet sessjoni u minn żvantaġġ doppju temmewha b’vantaġġ tripplu. Ħames gowls konsekuttivi li ħasdu lil Sirens, bil-gowlkiper ta’ Birżebbuġa Miguel Vassallo jsalva wkoll żewġ penalties. Il-logħba kienet għat-telgħa għal Sirens. Minkejja l-isforzi li jidħlu fil-konfront, il-gowl mid-distanza ta’ David Cutajar għamel l-iskor 11-8 u qata’ kull tama ta’ Sirens li jevitaw it-telfa.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, J. Sciberras (2), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, M. Chircop (1), I. Riolo (1), J. Napier (1), M. Cutajar (1), M. Sciberras (2), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, G. Melillo, K. Agius

Birżebbuġa: M. Vassallo, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech (1), C. Mifsud (3), R. Mock (1), N. Fenech, D. Cutajar (1), D. Farrugia, K. Tanti (2), G. Mannino (3), M. Curmi, M. Sladden, S. Bezzina, G. Sammut

Referees: Stefan Licari, Giuliana Nicolosi

M’SKALA FISH AND FISH…… 13

TA’ XBIEX AMIGOS…………….. 6

(4-0), (3-1), (3-1), (3-4)

Marsaskala Fish and Fish saħħew it-tieni post meta ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos. Protagonisti assoluti għall-Iskalin kienu David Pace Lupi, Gerald Sammut u Jake Ciantar li skorjaw erba’ gowls kull wieħed. Nieqes għal Marsaskala kien hemm Paul Privitera.

Bidu pożittiv kif mistenni għal Marsaskala. David Pace Lupi, doppjetta ta’ Gerald Sammut u Jake Ciantar tawhom vantaġġ komdu ta’ erba’ gowls. Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk fil-bidu tat-tieni sessjoni, iżda Marsaskala wettqu reazzjoni u kabbru d-distakk għal 7-1.

Il-vantaġġ li bnew, naqqas ftit il-kuraġġ tat-tim żagħżugħ ta’ Ta’ Xbiex. Marsaskala rebħu wkoll it-tielet sessjoni b’Sammut u Ciantar jerġgħu jsibu x-xibka. Fl-aħħar sessjoni, il-logħba kienet aktar miftuħa b’Ta’ Xbiex tal-anqas irnexxielhom inaqqsu d-distakk.

Marsaskala: J. Micallef, F. Scardino, A. Camenzuli, R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (4), G. Sammut (4), J. Ciantar (4), M. Carani, A. Muscat, S. Fava, L. Falzon

Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (1), J. Pace Mizzi, E. Meli, S. Engerer, J. Saliba (3), J. Cassar (1), E. Schembri (1), Z. Cutajar Licari, B. Attard Littschwager, J. Chircop, Z. Dzanovic, P. Tabone, T. Fenech

Referees: Alesio Nicholai, Lucas Falzon

Logħob li jmiss

It-Tlieta

L-Ewwel Diviżjoni: Valletta v Otters 6.15pm, Marsaskala v Marsaxlokk 7.20pm

Kampjonat Premier: Sliema v Exiles 8.25pm