Ilbieraħ Estudiantes tal-Arġentina saru t-tmien tim li għamilha għal-kwarti tal-finali tal-Copa Libertadores meta f’darhom għelbu lil Brażiljani ta’ Fortaleza 3-0 u għalhekk għaddew b’aggregate ta’ 4-1.
Manuel Castro skorja dopjetta fid-9 u fis-47 minuta biex fis-57 minuta kien Franco Zapiola Yamartino li għamilhom 3-0. Aktar kmieni matul il-ġimgħa Atletico Miniero avvanzaw b’aggregate ta’ 2-1 fuq Emelec wara li rebħulhom 1-0 filwaqt li Corinthians b’sorpriża eliminaw lil Boca Juniors tal-Arġentina 6-5 wara l-għoti tal-penalties. Velez Sarsfield ukoll wetqu sorpriża meta rnexxielhom iżommu l-gowl vantaġġ tal-ewwel leg fuq River Plate biex kienu huma li għamluha għar-rawn li jmiss. Ir-riżultati l-oħra kienu dawn:
Libertad 1-1 Athletico – PR (agg 2-3)
Palmeiras 5-0 Cerro Porteno (agg 8-0)
Colon 0-2 Talerres Cordoba (agg 1-3)
Flamengo 7-1 Deportes Tolima (agg 8-1)
Kwarti tal-Finali:
Corinthians vs Flamengo
Atletico Miniero vs Palmeiras
Velz Sarsfield vs Talerres Cordoba
Athletico – PR vs Estudiantes
//= $special ?>