Elena Rybakina għelbet lil Ons Jabeur fil-finali ta’ Wimbledon biex saret l-ewwel tennista mill-Kazakhstan li rebħet titlu Grand Slam wara li għelbet lit-Tuneżina Ons Jabeur. Rybakina irkuprat minn disfatta fl-ewwel set 3-6 6-2 6-2 biex saret l-iżgħar rebbieħa ta’ WImbledon sa mill-2011.
Rybakina twieldet f’Moscow fir-Russja u din ir-rebħa waslet fis-sena li atleti Russi u Belarussi kienu projbiti milli jipparteċipaw f’Wimbledon, minħabba l-invażjoni Russa fl-Ukrajna. Minkejja dan Rybakina bdiet tirrappreżenta lil Kazakhstan fl-2018 wara li rċeviet aktar appoġġ finanzjarju minn dan il-pajjiż.
//= $special ?>