Minn Grupp B Spanja u l-Ġermanja kif mistenni bdew l-impenji tagħhom b’rebħiet fuq il-Fillandja u d-Danimarka rispettivament.
Fi Stadium MK Spanja inħasdu bil-vantaġġ tal-Fillandja wara biss minuta iżda sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġa dawwru r-riżutlat favur tagħhom biex mbgħad spiċċaw biex rebħu 4-1. Wara biss minuta Linda Sallstrom tefgħet lil Fillandja fil-vantaġġ li damu jgawdu sas-26 minuta sakemm Irene Paredes ġabet il-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras. Gowls identiċi wkoll bir-ras waslu minn Aitana Bonmati u Lucia Garcia fil-41 u l-75 minuta rispettivament biex Mariona Caldentey issiġġillat ir-rebħa b’gowl minn penalty fil-ħin miżjud.
Fil-Brentford Community Stadium il-Ġermanja wkoll ma’ sabu l-ebda diffikultà biex għelbu lid-Danimarka fejn iddominaw il-partita u rebħu 4-0. Mal-ewwel kwarta l-Ġermaniżi kienu diġà laqtu tliet darbiet il-lasta sakemm fil-21 minuta fetħu l-iskor meta Lina Magull serqet ballun u avvanzat u minn quddiem Lene Christiansen ma’ fallietx. Fis-57 minuta jasal it-tieni gowl għall-Ġermanja meta minn korner ta’ Magull kienet Lea Schuller li bir-ras tefgħet ġewwa. Fit-78 minuta s-sostituta Lena Lattwein għamlithom 3-0 biex ir-raba’ u l-aħħar gowl wasal fit-78 minuta permezz ta’ sostituta oħr,a Alaxandra Popp li skorjat l-54 gowl tagħha bil-flokk Ġermaniż.
