Internazzjonali

Ġappun: Il-katavru ta’ Shinzo Abe jirritorna lura lejn Tokjo

Wara l-assassinju tal-eks Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe, rapporti fit-Times tal-Ġappun qed jindikaw li Yamagami Tetsuya, s-suspettat ewlieni f’dan il-każ, kien qiegħed jippjana biex joqtol ukoll lil mexxej ta’ grupp reliġjuż li kellu x’jaqsam mal-eks Prim Ministru. Madankollu, il-qattiel iddeċieda li joqtol lil Shinzo Abe nnifsu.

Sorsi qed jgħidu li l-qattiel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih b’rabta mal-assassinju tal-eks Prim Ministru.

Intant, il-katavru ta’ Shinzo Abe issa ttieħed lura lejn il-belt Kapitali ta’ Tokjo, fejn ingħata tislima mir-residenti tal-belt hekk kif għadda mit-toroq tal-kapitali tal-Ġappun.

Sorsi irraportaw li fil-ġranet li ġejjin iċ-ċittadini Ġappuniċi se jonoraw il-memorja tal-eks Prim Ministru Ġappuniż bi vġili li mistennija ssir it-Tnejn filgħaxija. Dan hekk kif it-Tlieta, imbgħad, isir il-funeral ta’ Shinzo Abe. Dan filwaqt li għadu mhux magħruf jekk mhux ser jittella funeral statali biex jonora l-memorja ta’ Abe.

Kollox qed jindika li qabel il-vġili u l-funeral ta’ Abe, l-poplu Ġappuniż se jkollu l-ewwel jivvota fl-elezzjoni ġenerali li se tibda l-Ħadd fl-10 ta’ Lulju, bil-Pulizija Ġappuniża tiddikjara li ser iżżid is-sigurta f’kull avvenimenti politiċi li se jkomplu jittellgħu matul l-elezzjoni Ġappuniża.

Tags