Minn Birkirkara sa Santa Venera. Minn Ħal Qormi sa Ħaż Żebbuġ. Mill-Għargħur sa Ħal Luqa.
Diversi lokalitajiet madwar il-pajjiz fl-ahhar jiem intlaqtu minn qtugh regolari fil-provvista tal-energija, fejn f’xi kazijiet il-problemi damu jkaxkru għal aktar minn 24 siegha. Dan b’detriment ghall-familji u l-anzjani, li qattghu sighat shah fi shana tremenda – filwaqt li kellhom jarmu hafna ikel li kellhom mahzun fil-fridges taghhom.
Ħaddiema tal-Enemalta qalulna illi l-management qed iwaħħal fil-pressjoni kbira li qed ikun hemm fuq in-network tal-elettriku. Filwaqt illi qed jghidu li f’dawn il-jiem kien hemm domanda rekord ghall-energija minhabba t-temperaturi li lahhqu is-37 grad.
Fil-bidu ta’ din is-sena, Net News kien irrapporta fid-dettal dwar nuqqasijiet fid-distribuzzjoni tal-elettriku f’numru ta’ nħawi madwar Malta u Għawdex…fosthom ifl-Belt Valletta, il-Marsa, l-Imqabba, L-Imġarr, il-Għargħur, Għajnsielem, Ta’ Sannat u San Lawrenz; qtugħ ta’ dawl jew provvista baxxa ferm illi kienet qed tħalli effett ħażin fuq l-appliances tad-dar u tkisser ir-rutina ta’ kuljum tal-familji.
Fi ġranet partikolari f’ċertu waqtiet l-elettriku kien jitlaq sahansitra sitt darbiet, b’uhud qabel joħorġu minn djarhom kienu qed jispiccaw jitfu l-appliances biex żgur …jekk jitlaq id-dawl…. ma ssirx ħsara.
U meta n-nies kienu jċemplu lill-Enemalta, il-management ftit li xejn ikollu risposta x’jagħti…u wara li jibgħatu l-ħaddiema jiċċekjaw, il-problema xorta waħda kienet tibqa’ tippersisti.
Fl-ahhar xhur, il-Ministru tal-Energija Miriam Dalli baqghet tinsiti li l-Gvern naqqas il-qtugħ tal-elettirku. Iżda fl-istess nifs, tammetti li hemm sitwazzjonijiet fejn – fi kliemha – hemm vulnerabiltajiet.
Dan il-kliem intqal f’Awwissu tas-sena li ghaddiet. U sal-lum, jidher li l-familji ghadhom ibghatu minn dawn il-vulnerabiltajiet, u minn qtugh regolari fil-provvista tad-dawl.
//= $special ?>