Lokali Saħħa

Il-liġi tal-IVF se tiġi ffirmata

“Il-liġi tal-IVF se tiġi ffirmata għaliex meta liġi tgħaddi mill-Parlament, trid tiġi ffirmata.” – Hekk iddikjara il-President ta’ Malta George Vella meta kien intervistat minn Andrew Azzopardi fuq 103 FM. Dikjarazzjoni li għamel mingħajr ma kkommetta min se jkun qed jiffirma din il-liġi li għaddiet mill-għola istituzzjoni tal-pajjiż fl-aħħar jiem.

Matul dan il-programm, ġew diskussi diversi temi, fosthom dik tla-Ambjent, li hi għal qalb ħafna l-President ta’ Malta. Hu saħaq li ma jaqbilx ma’ żvilupp bla rażan u appella biex niedu ħsieb l-aestetika. Semma’ wkoll il-problema tat-traffiku li pajjiżna għadu qed jaffaċċja ta’ kuljum.

Geroge Vella tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Community Chest Fund Foundation fejn appella lill-Gvern biex isib mezz kif idaħħal mediċina partikolari fil-formolarju biex b’hekk ikun jista’ jiġi mgħejjun kull min hu fil-bżonn.

Il-President kien mistoqsi dwar ir-riforma kostituzzjonali, il-lingwa Maltija u l-popolazzjoni ta’ pajjiżna li skont l-aħħar statistika turi li issa qabżet in-nofs miljun, żieda ta’ kważi 100,000 fl-aħar 9 snin.