Sport Sport Ieħor

Illum tirritorna r-Regatta taż-żgħażagħ …. il-lista tal-qaddiefa kollha li se jieħdu sehem

(Ritratt: TCM Photography)

Illum fil-Bajja tar-Rinella tirritorna r-Regatta taż-żgħażagħ wara li fl-aħħar sentejn ma saritx kawża tal-pandemija tal-Covid-19. B’kollox se jkun hemm seba’ tlielaq fil-programm, bl-ewwel tnejn jiffurmaw parti minn kompetizzjonijiet differenti.

L-ewwel tellieqa tibda fit-3.00pm u għall-ewwel darba se tkun it-tellieqa tal-Barklori jew aħjar tellieqa b’qaddief wieħed fuq l-opri tal-baħar. Issegwi t-tellieqa tan-nisa bil-frejgatini. Għal dawn it-tnejn se jkun hemm xorta trofew abbinat.

Imbagħad tibda l-mixja lejn ir-rebħ tax-Shield. L-ewwel tellieqa se tkun tal-Pass b’erba’ mqadef iżda l-punti huma marbuta mat-tellieqa Tal-Midalji, jiġifieri r-rebbieħ jieħu 20 punt. Isegwu t-tlielaq tal-Frejgatini, Tal-Pass b’żewġ imqadef, Kajjikki u Tal-Pass b’erba’ mqadef, bir-rebbieħ jieħu 24 punt. B’kollox se jieħdu sehem sitt distretti hekk kif Birżebbuġa u Siġġiewi mhux se jipparteċipaw fl-ebda tellieqa

Il-lista tal-qaddiefa fit-tlielaq kollha

Tellieqa Numru 1 – Tal-Barklori

1. Marsamxett – Peter Cremona

3. Isla – Kevin Camilleri

4. Birgu – Gordon Dimitri

5. Kalkara – Davison Micallef

Tellieqa Numru 2 – Frejgatini tan-nisa

3. Isla – Brooke Stivala, Aalyhia Bonello

5. Birgu – Jade Cachia, Chanelle Avellino

6. Kalkara – Kenzie Abela, Narkesha Mizzi

Tellieqa Numru 3 – Tal-Pass b’erba’ mqadef (Midalji)

1. Marsa – Caiden Gauci Fabri, Enrique Gusman, Cole Spiteri, Emerson Spiteri

2. Kalkara – Owen Said, Clayton Azzopardi, Kurt Cassar, Kieran Bonnici

3. Isla – Luke Farrugia, Cayvon Gatt, Coultan Buhagiar, Denilson Long

4. Marsamxett – Reeves Cini, Mel Magro, Shylon Gauci, Roxvin Micallef Gouder

5. Birgu – Edilson Aquilina, Lawson Cassar, Bjorn Caruana, Gabriel Saliba

6. Bormla – Dean Agius, Denzel Thornton, Nicholas Paris, Isaac Mizzi

Tellieqa Numru 4 – Frejgatini

1. Birgu – Edilson Aquilina, Thomas Farrugia

2. Marsamxett – Wayne Muscat, Kluivert Calleja Spiteri

3.  Isla – Owden Caruana Smith, Deacon Abela Wilson

4. Bormla – Kayden Aquilina, Isaac Mizzi

5. Kalkara – Kenzie Abela, Narkesha Mizzi

6. Marsa – Caiden Gauci Fabri, Paul Micallef

Tellieqa Numru 5 – Tal-Pass b’żewġ imqadef

1. Bormla – Denzel Thornton, Nicholas Paris

2. Marsamxett – Mel Magro, Shylon Gauci

3. Birgu – Gabriel Saliba, Ismael Darmanin

4. Isla – Luke Farrugia, Cayvon Gatt

5. Kalkara – Kohath Mallia, Clayton Azzopardi

6. Marsa – Ainsley Bonello, Cole Spiteri

Tellieqa Numru 6 – Kajjikki

1. Bormla – Dean Agius, Mattia Calleja

2. Birgu – Thomas Farrugia, Bjorn Caruana

3. Isla – Wesley Ghiller, Lydon Anastasi

4. Marsamxett – Wayne Muscat, Roxvin Micallef Gouder

5. Marsa – Ainsley Bonello, Emerson Spiteri

6. Kalkara – Kohath Mallia, Kurt Cassar

Tellieqa Numru 7 – Tal-Pass b’erba’ mqadef

1. Bormla – Dean Agius, Denzel Thornton, Nicholas Paris, Mattia Calleja

2. Kalkara – Owen Said, Kohath Mallia, Clayton Azzopardi, Kieran Bonnici

3. Birgu – Edilson Aquilina, Gabriel Saliba, Bjorn Caruana, Neil Aquilina

4. Marsamxett – Reeves Cini, Mel Magro, Shylon Gauci, Roxvin Micallef Gouder

5. Isla – Luke Farrugia, Cayvon Gatt, Owden Caruana Smith, Denilson Long

6. Marsa – Paul Micallef, Enrique Gusman, Cole Spiteri, Emerson Spiteri