Lokali

“Importanti nieħdu ħsieb l-istorja tal-bidwi Malti”

“Huwa importanti li nieħdu ħsieb l-istorja tal-bidwi Malti”

Hekk stqarr wieħed mill-parteċipanti li ħa sehem fil-Wirja għat-tħaddim ta’ Inġenji Agrikoli u Antiki f’Tas-Santi, fil-Limiti tal-Imġarr meta ġie mistoqsi dwar din il-wirja.

Il-parteċipanti ta’ din il-Wirja stqarru ma’ Net News li jinsabu ferm kuntenti li mill-ġdid qiegħdin jerġgħu jtellgħu din il-wirja b’makkinarji tal-biedja… dan għaliex, minħaba l-pandemija ilha sentejn ma’ tittella.

Il-parteċipanti saħqu fuq l-importanza li l-poplu Malti jieħdu ħsieb l-istorja kollha ta’ pajjiżna, inkluż dik l-istorja tal-Bidwi Malti.

Tags