Sport Sport Ieħor

Keith Calleja jikkontrolla partiti mill-EHF ID Championship

L-Umpire lokali Keith Calleja jinsab fil-belt kapitali Olandiża Amsterdam sabiex jikkontrolla logħbiet mill-Euro Hockey ID Championships li qed isiru fi tmiem din il-ġimgħa. Dan l-avveniment qed jiġi organizzat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Hockey EHF u fih qed jieħdu sehem plejers li għandhom diżabbilta’ intelletwali. Għaxar timijiet qed jieħdu sehem f’dan it-turnament u dawn huma l-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda (2 timijiet), il-Portugall, Belġju, Franza, Repubblika Ċeka, Ingilterra u l-Irlanda. Calleja se jkun qed jikkontrolla xi wħud minn dawn il-logħbiet u għalih din hi wkoll esperjenza oħra fost il-ħafna li qed jiġu offruti lill-umpires lokali fil-logħba tal-hockey.