It-tim neo-promoss fil-Kampjonat BOV Premier Marsaxlokk ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun 2022/23. Matul il-preżentazzjoni tkellem il-President Frank Cachia li faħħar il-plejers tiegħu għall-istaġun mill-aqwa li kellhom li wassalhom biex kisbu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier.
It-team manager Peter Agius qal li flimkien mal-plejers li wasslu lill-club għal Premier se jingħaqadu l-akkwisti l-ġodda; Dale Mifsud, Uzed Edafe, Alfred Effiong, Conor Borg, Daniel Agius, u Timothy Tabone Desira.
Ma’ dawn jingħaqdu wkoll il-plejers ta’ esperjenza barranin Oscar Carniello, Leandro Aguirre u Tiago Fonseca li se jkunu parti mportanti mit-tim immexxi mill-kowċ Pablo Doffo. Min-naħa tiegħu Doffo qal hu jinsabu fiduċjuż li t-tim se jkun kompettitiv u jinsab kunfidenti li t-tim jista’ jżomm postu fil-Kampjonat BOV Premier.
//= $special ?>