Futbol Lokali Sport

Mat-30,000 persuna segwew ix-xandira ta’ Ħamrun Spartans fuq Net TV

(Ritratt ta' Joseph Galea)

Din il-ġimgħa, Net Television irritorna bix-xandiriet tal-kompetizzjonijiet Ewropej tal-futbol, sinonimi ma’ dan l-istazzjon għal snin twal.

Fil-fatt, il-Ħamis, Net TV kien l-uniku stazzjon kummercjali Malti illi xandar logħba ta’ tim minn pajjizna f’kompetizzjoni Ewropea.

Skont data li ksibna, il-partita bejn Alashkert u Ħamrun Spartans kienet segwita minn madwar 30,000 persuna li raw ix-xandira ta’ Net TV. Fost dawn, kien hemm diversi li segwew fi stabbilimenti kummerċjali u anke fil-każini – partikolarment tal-Ħamrun.

Il-logħba kellha kummentarju ta’ Christian Micallef, b’għajnuna teknika ta’ Patrick Curmi.

Net News jista’ jikkonferma li fil-ħin ta’ din ix-xandira, Net Television qabeż l-udjenzi tal-istazzjonijiet kompetuturi fosthom TVM u One. Bl-istazzjon ikun l-aktar segwit f’dik il-faxxa ta’ bejn il-5pm u s-7pm.

Il-logħba ta’ ritorn, li se tintlgħab f’pajjiżna nhar il-Ħamis li ġej, se tixxandar ukoll b’mod esklussiv minn Net Television.