Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ l-iSprint Race fl-Awstrija

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ RedBull Max Verstappen rebaħ l-iSprint Race fl-Awstrija segwit minn Charles Leclerc ta’ Ferrari u sieħbu tal-istess tim Carlos Sainz. George Russel ta’ Mercedes temm fir-raba’ post filwaqt li Sergio Perez se jibda mill-ħames post. Esteban Ocon ta’ Alpine se jibda mis-sitt post b’Kevin Magnussen u Lewis Hamilton jibdew fis-seba’ u t-tmien post. Mick Schumacher ta’ Haas se jibda fid-disa’ post. b’Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo jidħol fl-għaxar post.