Minn meta l-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson iddikjara li se jirreżenja mill-kariga tiegħu bħala kap tal-Partit Konservattiv tal-Ingilterra, diversi Member Parlamentari issa bdew jimmanuvraw sabiex jassumu l-irwol tiegħu, kemm bħala kap tal-Partit tat-Tories, kif ukoll bħala Prim Ministru tar-Renju Unit.
Matul dawn l-aħħar jumejn, isemmew diversi ismijiet u uċuħ ġodda li jistgħu jieħdu post Boris Johnson.
L-aktar isem li bħalissa qiegħed jissemma fi ħdan il-Partit Konservattiv huwa Rishi Sunak, l-eks Kanċillier, li issa ilu Membru Parlamentari sa mis-sena 2015 u li serva kemm fil-Cabinet ta’ Theresa May, kif ukoll ta’ Borsi Johnson.
Sunak qiegħed jisemma bħala is-suċċessur li jmiss ta’ Boris Johnson hekk kif id-Deputati fi ħdan il-partit Konservattiv issa qed jibdew juru l-appoġġ tagħhom lejn diversi persuni differenti.

Apparti Sunak il-gazzetti Brittaniċi qiegħdin jgħidu li hemm diversi kandidati oħra li lesti jisfidaw lil Sunak għal pożizzjoni ta’ Prim Ministru u mexxej ġdid tal-Konservattivi. Dawn il-kandidati jinkludu l-Ministru tal-kummerċ Penny Mordaunt, l-eks Ministru tal-ugwaljanza Kemi Badenoch, l-Ministru tal-affarijiet barranin Rehman Chishti u l-Avukat Ġenerali tal-Ingilterra u Wales Suella Braverman.

Madankollu s’issa l-Partit Konservattiv għad m’għandux lista uffiċjali tal-kandidati, hekk kif l-elezzjoni għall-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Konservattiv hija pjanata li issir fil-21 ta’ Lulju.
//= $special ?>