Sport Waterpolo

San Ġiljan jikkonfermaw is-superjorità fuq Sliema

(Ritratt: Timmy Cutugno)
Fost il-ġimgħa eliminawhom min-knock-out

Rapport: Stewart Said

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 8

SLIEMA FRANK SALT………… 6

(1-1), (1-2), (4-1), (2-2)

San Ġiljan JP Projects komplew isegwu lil Neptunes Videoslots b’rebħa oħra kontra Sliema Frank Salt, tlett ijiem biss wara li eliminawhom min-knock-out. Hu evidenti li Sliema għad jonqoshom id-dettalji biex ilaħħqu maż-żewġ timijiet Ġiljaniżi.

In-nuqqas ta’ Jerome Gabarretta jinħass fis-centre iżda wkoll li jrid jinstab l-irwol ideali ta’ Dino Zammit fit-tim hekk kif kien f’sitwazzjonijiet varji fil-pitch. San Ġiljan għamlu biżżejjed biex rebħu l-logħba, b’Matthew Zammit jirritorna anki jekk mhux fl-aħjar kundizzjoni.

(Ritratt: Michael Paris)

Fl-ewwel sessjoni ż-żewġ timijiet kienu ftit kawti. Kien Nikolai Zammit li fetaħ l-ewwel l-iskor għal San Ġiljan, b’Jamie Gambin iġib id-draw minn man-up. Zammit reġa’ poġġa lill-Ġiljaniżi minn fuq fit-tieni sessjoni, din id-darba minn penalty iżda Liam Galea dawwar ir-riżultat favur is-Slimiżi.

San Ġiljan ħasdu lil Sliema fit-tielet sessjoni u f’daqqa waħda marru 5-3 minn fuq b’gowls ta’ Peter Borg, Ben Plumpton u Mattias Ortoleva. Dino Zammit naqqas id-distakk iżda ż-żagħżugħ Russell Caruana żamm il-vantaġġ doppju meta kkonkluda tajjeb man-up.

Sliema rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 7-6 fl-ewwel żewġ minuti tal-aħħar sessjoni. Andreas Galea u Liam Galea għal San Ġiljan u Sliema rispettivament ġew fouled-out wara xulxin, bid-distakk ta’ gowl ħalla l-logħba indeċiża. Iżda minkejja d-distakk minimu, Sliema ma sabux il-gowl, b’Ben Plumpton jagħlaq il-logħba lejn it-tmiem.

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea, N. Schiavone, R. Caruana (1), M. Zammit, B. Plumpton (2), D. Tully, J. Bonavia, N. Zammit (3), D. Zammit, N. Bugelli, M. Ortoleva (1), D. Fero

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (2), D. Rizzo, M. Meli, B. Cachia (1), J. Cutajar, M. Mifsud, J. Brownrigg, J. Gambin (1), Z. Mizzi, D. Zammit (2), A. Theuma, K. Borg

Referees: Alessio Nicholai, Alex de Raffaele

Logħob li jmiss

It-Tlieta

L-Ewwel Diviżjoni: Valletta v Otters 6.15pm, Marsaskala v Marsaxlokk 7.20pm

Kampjonat Premier: Sliema v Exiles 8.25pm