Il-Weightlifter Maltija Tenishia Thornton rebħet il-midalja tad-deheb fil-Euro Cup ta’ taħt is-17-il sena f’Leon fi Spanja. Hi rnexxielha terfa’ 78 kilo u 100 kilo b’250.17-il punt, biex saret ic-champion Ewropea.
Fl-istess kompetizzjoni Kim Camilleri Lagana temmet fir-raba’ post fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena fejn rnexxielha terfa’ 50 kilo fl-isnatch u 66 kilo fil-clean and jerk, biex b’hekk kisbet l-aħjar riżultati personali fil-kategorija tal-45 kilo.
Iż-żagħżugħ Rylee Borg ukoll kellu riżultati pożittivi fejn refa’ 122 kilo u 100 kilo fl-isnatch biex kiseb l-aħjar riżultati personali f’Leon.
//= $special ?>