Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti s-Siġġiewi qed isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u vann fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq it-Tiġrija, is-Siġġiewi.
Il-ħabta seħħet bejn mutur u vann misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>