Fl-aħħar sigħat mietu tliet persuni bil-Covid biex it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija s’issa hu dak ta’ 759.
U fl-aħħar 24 siegħa nstabu 405 każi ġodda tal-virus filwaqt li fiequ 433 persuna oħra biex it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 7,862.
Is-Sibt saru 1,827 swab tests iżda dan l-ammont ma jinkludix is-self tests li jsiru fid-djar hekk kif mhux kull persuna li toħroġ pożittiva minn dawn it-tests qed jirraportaw lill-Awtorità tas-Saħħa.
//= $special ?>