Novak Djokovic rebaħ l-Open ta’ Wimbledon għar-raba darba konsekuttiva meta fil-finali għeleb lil Nick Kyrgios 4-6 6-3 6-4 7-6 (7-3).
Din kienet is-seba’ darba li Djokovic rebaħ l-Open ta’ Wimbledon u l-21 Grand Slam fil-karriera tiegħu.
Fi tmiem il-konfront Djokovic qal lil Kyrgios li għalkemm huwa diffiċli li ssib kliem ta’ konsolazzjoni wara telfa f’finali iżda jinsab cert li l-Awstraljan jerġa jkun fil-finali mhux biss f’Wimbledon iżda anke f’ oħrajn.
Minn naħa l-oħra Kyriagos qal li ħass li lagħab tajjeb u qal li issa hu u t-tim tiegħu għandhom bżonn ta’ ftir mistrieħ.
