Matul il-jum tal-Ħadd fil-Ġappun saret l-elezzjoni ġenerali – bil-poplu jivvota fl-isfond ta’ ġimgħa sewda li fiha inqatel l-eks Prim Ministru Shinzo Abe.
S’issa l-Pulizija Ġappuniża għadha ma ħarġet l-ebda dikjarazzjoni uffiċjali rigward il-każ ta’ Abe; speċjalment ir-raġuni għaliex il-qattiel Tetsuya Yamagami ta’ 41 sena ikkommetta dan il-qtil,

Madankollu, sorsi rreferew għall-evalwazzjoni li għamlet il-Pulizija Ġappuniża fuq is-sigurta li kellhu miegħu Abe qabel ma ġie assassinat, fejn ġew innutati diversi nuqqasijiet.
It-tieni dettal jikkonċerna l-arma li uża Yamagamo biex qatel lill-eks Prim Ministru tal-Ġappun. Diversi sorsi rrimarkaw li huwa ferm diffiċli għaċ-ċittadini Ġappuniżi biex jużaw jew jixtru xi tip ta’ arma tan-nar. Dan hekk kif is-sistema legali tal-Ġappun tpoġġi ħafna restrizzjonijiet fuq l-użu tal-armi tan-nar, bil-għan li l-poplu Ġappuniż ma jkollux armi fil-pussess tiegħu.
Hu għalhekk li diversi rapporti qiegħdin jgħidu li l-aggressur saħansitra ħoloq l-arma tan-nar hu stess min oġġetti komuni li kellu f’daru.
S’issa għadu mhux magħruf il-mottiv wara dan l-assassinju.

Shinzo Abe ma’ kienx fil-Gvern Ġappuniż jew kandidat fl-elezzjoni li saret fil-Ġappun, iżda xorta waħda kellu ammont sostanzjali ta’ influwenza fil-pajjiż.
//= $special ?>