F’rapport, il-Kummisjoni Ewropea qalet li l-kongestjoni, l-istorbju u t-tniggis tal-arja kaġun tat-traffiku qed jiswew lil Malta madwar 400 miljun Ewro fis-sena.
Fl-ahhar rapport taghha dwar Malta, il-Kummissjoni qalet li hekk imsejha spejjez esterni tat-trasport jammontaw ghal 3.6 fil-mija tal-prodott gross domestiku.
Kwistjonijiet relatati mat-traffiku kienu diga qed jiswew lil Malta madwar 274 miljun Ewro. U l-Universita kienet bassret li l-ispejjez se jilhqu t-300 miljun ewro sal-2020 – 100 miljun ewro anqas mill-ispiża preżenti.
Il-Kummissjoni Ewropew qalet li l-kongestjoni tat-traffiku ghadha sfida ewlenija għal Malta minhabba d-dipendenza gholja fuq il-karozzi privati.
Intqal ukoll illi l-fatt li bankini u korsiji ghar-roti mhumiex adekwati qed jiskoraggixxu l-uzu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport u b’hekk tkompli tiggrava l-kongestjoni.
Ir-rapport tal-Kummissjoni iħeġġeġ li tigi indirizzata li il-kwalita ingenerali tas-servizz tas-sistema tat-trasport pubbliku – il-kumdita, id-disponibbilta u li l-puntwalita titejjeb.
Ir-rapport jitkellem wkoll dwar tkabbir ekonomiku ambjentalment sostenibbli bhala wahda mill-isfidi ewlenin għal Malta.
Fost l-ohrajn, pajjiżna qed jissielet biex jikseb mobilita sostenibbli; jigifieri titnaqqas il-kongestjoni tat-traffiku u d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, kif ukoll jitwessa l-uzu ta’ energija rinnovabbli u inizjattivi ta’ efficjenza fl-energija.
Il-volum gholi ta’ skart iggenerat tal-kostruzzjoni u t-twaqqigh …. u l-iskart municipali …. flimkien mar-rati baxxi ta’ riciklagg jibqghu wkoll sfidi kbar. Ir-rapport ikompli jghid li bhala gzira zghira fil-Mediterran Malta tiffaccja diversi sfidi biex tikseb tkabbir ambjentali sostenibbli u hija partikolarment vulnerabbli ghar-riski klimatici, filwaqt li jappella wkoll biex jigu implimentati policies dwar il-klima u l-ambjent – konferma oħra li l-Gvern ta’ Robert Abela għadu lura ferm f’dan ir-rigward.