“Marsalforn m’għadux li kien, id-droga timxi fuq l-idejn, u ta’ kuljum qed naraw ġlied u nies fis-sakra”
Dawn kienu uħud mill-kummenti li ġabret il-gazzetta ‘Illum’ wara li fil-5 ta’ Lulju li għadda, il-ġurnalisti tagħhom qattgħu ġurnata Marsalforn, fejn iltaqgħu u tkellmu ma’ diversi residenti li jgħixu f’din il-lokalita – popolari ferm mal-Maltin u t-turisti, specjalment fix-xhur tas-Sajf.
Il-gazzetta ‘Illum’ rrapurtat li ma’ kull resident li tkellmet, kull wieħed u waħda minnhom irrapporta l-istess problemi li r-residenti ta’ Marsalforn bħalissa qiegħdin jesperjenzaw.
Skont ir-residenti, l-akbar problemi li bħalissa qiegħdin jiffaċjaw huma problemi relatati mal-abbuż tad-droga, li hi bħalissa għaddejja mingħajr kontroll… il-problemi tal-gangs li qiegħdin jiltaqgħu f’din il-lokalità, l-ġlied u n-nuqqas ta’ sigurta, kemm fejn tidħol is-sigurta personali tar-residenti, kif ukoll fejn tidħol il-kontroll tal-mużika li tibqa’ għaddejja sigħat twal.
Madankollu l-aktar ħaġa li qiegħda tinkwieta lir-residenti ta’ Marsalforn hija l-abbuż mid-droga li qiegħda tinxtered mal-lokalita mingħajr rażan.
Diversi residenti stqarru li f’Malsalforn minn dejjem kien hemm il-preżenza tad-droga, madankollu f’dawn l-aħħar snin l-ammont ta’ droga fl-idejn żdiedet, fejn saħansitra minn jbiegħ din is-sustanza lanqas biss qiegħed jindenja ruħu jaħbi l-fatt li qiegħed jbiegħ id-droga. Fejn saħansitra, skont ir-residenti, id-droga hi anke aċċessibbli minn ċertu stabbilimenti.
Ir-residenti qalu li lanqas lit-tfal tagħhom m’huma jafdaw waħedhom, hekk kif mara rrakuntat li meta ħalliet lit-tifla tagħha tgħaddi sas-supermarket biex tixtri xi ħaġa, rritornat lura mkexkxka minħabba li spiċċat f’nofs ġlieda bejn żewġ gangs.
Il-gazzetta ‘Illum’ rrapurtat li ħafna mir-residenti qed jgħidu li l-pulizija qed tipprova żżomm kontroll …minkejja illi ġiet rovinata l-għassa ta’ Marsalforn. U huwa għalhekk li l-Pulizija qed isibuha ferm diffiċli biex jikkontrollaw lill-gangs u d-droga, speċjalment meta jkun wieħed jew tnejn waħedhom.
Diversi Pulizija li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw dawn il-fatti, u insistew illi huma stess ilhom xhur sħaħ jitolbu biex jissaħħaħ id-distrett ta’ Għawdex b’aktar riżorsi.
//= $special ?>