Lokali Qorti

Raġel ikkundannat 9 xhur ħabs sospiżi wara li nqabad juża dokument falz

Quddiem il-Magistrat tal-Għassa Leonard Caruana, illum għal ħabta ta’ 12pm, tressaq Kamara Mamdi, raġel ta’ 31 sena mill-Guinea li nqabad jagħmel użu minn dkoment falz, fost aktar akkużi.

Mamdi tressaq quddiem il-Qorti wara li nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju nqabad b’dokument falz waqt spezzjoni mhux pjanata li kienet għaddejja mill-Pulizija tal-Imigrazzjoni u l-RIU fil-Marsa.

Waqt is-seduta fil-Qorti ħareġ kif waqt din l-ispezzjoni l-imputat mhux talli kellu dokument falz, talli għamel ukoll dikjarazzjoni falza dwar l-istess dokument, meta ġie mistoqsi mill-Pulizija.

Madankollu, aktar tard, Mamdi ammetta li d-dokument kien falz, u li kien ħallas madwar 400 ewro biex jixtri dan id-dokument.

Kamara Mamdi wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, hekk kif id-diża tiegħu iddikjarat li Mamdi mhux talli ametta l-akkużi miġjuba kontih, iżda wkoll ikkowopera mall-Pulizija. Kien għalhekk li d-difiża talbet sabiex s-sentenza mogħtija mill-Qorti ma’ tinkludiex ħabs u minfolk jinstab rimedju.

Kamara Mamdi nstab ħati rigward l-akkużi kollha miġjuba kontrih u ġie kkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi, kif ukoll l-ikkonfiskar tad-dokument falz.