Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15 ta’ filgħaxija, sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti Birżebbuġa u bejn Toyota Viz, misjuqa minn Niġerjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.