Il-President ta’ Sri Lanka Gotabaya Rajapaksa iddikjara li se jirreżenja mill-kariga tiegħu bħala President, hekk kif is-Sibt id-demostranti li kienu qiegħdin jipprotestaw kontra il-kriżi ekonomika fil-pajjiż, daħlu fil-palazz preżidenzjali u ġagħluh jirriżenja.
Din l-aħbar ħarġet il-Ħadd, hekk kif d-demostranti għadhom qiegħdin jikkontrollaw il-palazz presidenzjali ta’ Sri Lanka li jinsab fil-Belt Kaptiali Colombo.
Diversi esperti qiegħdin jgħidu li dawn l-aħħar żviluppi se jkomplu jżidu mat-toqol tal-kriżi ekonomika li l-pajjiż issa ilu fiha għal madwar 70 sena.
Dan hekk kif il-Gvern u ċ-ċittadini ta’ Sri Lanka jinsabu kontinwament b’nuqqas ta’ muniti barranin li qed jikkawża staġnar fl-importazzjoni ta’ prodotti neċessarji bħaż-żejt, l-ikel u l-mediċina.
//= $special ?>