Internazzjonali

Ukrajna: 11 mejta u madwar 30 persuna maqbuda taħt it-tifrik

epa05509805 A local woman looks on her damaged house after a shelling in Gorlovka city of Donetsk area, 25 August 2016. On August 25, Ukrainian President Petro Poroshenko warned that Russian President Vladimir Putin wanted 'the whole Ukraine' to be part of the 'Russian Empire.' 'It is absolutely the same situation like the Russian bombardment in Aleppo,' he told CNN`s Christiane Amanpour in an exclusive interview Wednesday. 'They have only one purpose ? the world should be less stable, less secured.' as UNIAN agency report. EPA/ALEXANDER ERMOCHENKO

Fis-sigħat bikrin tal-Ħadd il-Gvern Ukren ikkonferma li 6 persuni inqatlu u madwar 30 persuna oħra jinsabu maqbuda taħt it-tifrik, wara li rocket mill-armata Russa laqtet binja ta’ ħames sulari fir-reġjun tad-Donetsk.

Il-Gvernatur tar-reġjun Pavlo Kyrylenko spjega fuq Telegram, li l-attakk seħħ fil-villaġġ ta’ Chasiv Yar is-Sibt filgħaxija, bir-residenti tal-villaġġ għadhom għaddejjin bit-tentattivi tagħhom biex isalvaw lil dawk li jinsabu taħt it-tifrik.

Il-Gvernatur spjega li attakki bħal dawn saru komuni fl-istat tad-Donetsk, hekk kif l-armata Russa qiegħda tkompli l-avvanzi tagħha sabiex tikkontrolla l-istat …. u sussegwentament tikkontrolla r-reġjun tad-Dombas.

Madankollu minbarra attakki ċivili, diversi sorsi mill-Ukarjna qiegħdin jirrapurtaw li matul l-ġurnata l-armata Russa laqtet diversi żoni strateġiċi bl-artillerija tagħha.

Dawn iż-żoni jinkludu żewġ hangars Ukreni ħdejn Kostantinovka fir-reġjun tad-Donetsk, li fihom kienu qiegħdin jinżammu diversi armamenti tal-Punent, inkluż l-M777 howitzers li ngħataw lill-Ukrajna mill-Istati Uniti.

epa05596402 Ukrainian servicemen fire a 152mm ‘Msta B’ howitzers during a military exercises on the Devichki shooting range, about 85 km of capital Kiev, Ukraine, 21 October 2016. After talks in Berlin on 19 and 20 October, the leaders of Ukraine, Germany, France and Russia agreed to draw up a road map by the end of next month to carry out the Minsk peace agreement for eastern Ukraine as UNIAN agency report. EPA/SERGEY DOLZHENKO

Minn naħa l-oħra rapporti li bħalissa ħierġin mir-reġjun ta’ Luhansk, li issa jinsab taħt il-kontroll tal-armata Russa, qiegħdin jgħidu li 9 pulizija ġew arrestati wara li l-gvern tar-reġjun akkużhom li tradew lill-istess tmexxija.

Il-Gvern reġjonali tal-Luhansk iddikjara li matul din il-ġimgħa saru diversi intervisti mal-Pulizija tar-reġjun u instab li 1% tal-Pulizija huma possibilment tradituri, li skont il-Gvern huwa numru ferm żgħir.

Skont sorsi …..dawn l-intervisti li qiegħdin jsiru mill-Gvern ta’ Luhansk huma dikjarazzjoni ċara li r-reġjuni li se jaqaw taħt il-ħakma ta’ Putin se jerġgħu jmorru lura lejn iż-żmienijiet tal-1934 fejn kull min kien suspettat li huwa traditur tal-istat kien jew jintbagħat għomru l-ħabs, jew saħansitra kien jinqatel mill-Gvern nnifsu.