“Ma nista’ nagħmel l-ebda attivita li li kont imdorri nagħmel qabel. Irrid bilfors noqod fuq wheelchair għaliex ma’ nista’ nċaqlaq xejn min għonqi l-isfel”
Hekk stqarr mal-istazzjon BBC il-Brittanniku Robert Butt, wieħed mill-vittmi tal-inċident li seħħ lura fl-2018 meta Double Decker laqtet siġra fi Triq Valletta iż-Żurrieq – inident li fih mietu żewġ persuni, u ħalla lil Butt ipparaliżżat minn għonqu l-isfel.
F’intervista mal-BBC, Butt qal li wara 4 snin, kemm hu, kif ukoll it-tfal tiegħu għadhom qiegħdin jistennew il-kumpens li ħaqqhom wara din il-ħabta. Iżda s’issa għadhom ma’ raw l-ebda forma ta’ kumpenss.
Butt stqarr li issa l-familja tiegħu għandha bżonn ferm il-kumpenss li ħaqqha, hekk kif wara dan l-inċident kellu jtemm il-karriera li kellu bħala għalliem, li poġġiet fuqu u fuq il-familja tiegħu toqol finanzjarju.
Minbarra l-fatt li l-familja tiegħu għandha bżonn kumpenss minħabba raġunijiet finanzjarji, l-kumpenss jkun sinjal ċar li xi ħadd qiegħed jammetti li sar żball; xi ħaġa li s’issa skont hu għadha ma saritx.
Rob Butt spjega kif il-każ tiegħu rigward dan l-inċident ġie pospost għas-sena d-dieħla, fejn se jkun determinat il-valur tal-ħsara li saret fuq il-familja tiegħu u speċifikament fuqu nnifsu.
Rob Butt stqarr li l-familja tiegħu qiegħda tipprova tkun pożittiva f’din is-sitwazzjoni, madankollu qiegħda kontinwament issir ferm diffiċli ghalih li jghix b’dan il-mod, hekk kif in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Qrati qiegħda toħloq sitwazzjoni frustranti għall-familja tiegħu.
//= $special ?>