Lokali

AĠĠORNATA: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn żewġ kontejners

Jismu Nicholas Spiteri il-ħaddiem illi indarab serjament fil-Freeport tul il-jum tat-Tnejn, meta spiċċa maqbud bejn żewġ kontejners. Hu ghadu qed jissielet għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 tat-Tnejn filgħodu bir-raġel ta’ 44 sena jinqabad bejn iż-żewġ kontejners waqt li kien ghaddej ix-xogħol. 

Fil-post minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma lejn l-isptar. Waslu ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu sabiex jassistu. Infatti l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet deskritta waħda delikata u ħadet aktar minn tliet kwarti.

Fi stqarrija, il-Port Ħieles qal li r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-infermier tal-kumpanija.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.