Illum waranofsinhar il-President tal-Kroazja Zoran Milanovic iltaqa’ mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Matul din il-laqgħa huma tkellmu dwar numru ta’ temi li jikkonċernaw liż-żewġ pajjiżi fosthom il-qagħda politika u dwar kif tista’ tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn Malta u l-Ukrajna. Tkellmu wkoll dwar kif il-gwerra fl-Ukrajna qed taffettwa lill-pajjiżi kollha u dwar il-benefiċċji u l-isfidi li pajjiż jissieħeb fiz-zona ewro. Dan hekk kif il-Kroazja se tissieħeb fiz-zona ewro f’Jannar li ġej.
Temi oħra li ġew diskussi kienu s-sitema elettorali ta’ pajjiżna kif ukoll il-ħidma tal-Parlament Malti.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, id-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Mark Anthony Sammut kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino.
