L-integrità pubblika tibqa’ element importanti.
Hekk stqarr il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler fl-indirizz tiegħu waqt Forum organizzat mill-Uffiċċju tal-istess Kummissarju..
B’Hyzler ifakkar illi meta hu kien aċċetta biex ikun f’din il-kariga kien jaf li kienet se tkun prożizzjoni li tirrikjedi ħafna ħidma. Filwaqt illi insista li l-intergirta u l-etika qegħdin hemm biex jibqgħu u jkomplu jissaħħuħ.
George Hyzler qal li fil-kariga tiegħu dejjem ra li jimxi b’mod ugwali ma’ kulħadd.
Hu sostna li l-uffiċċju tiegħu ħadem fuq bosta rapporti li jitfgħu dawl fuq l-istandards fil-ħajja pubblika. Tant li f’dawn l-aħħar snin saru numru kbir ta’ laqgħat ma’ professjonijisti minn kull qasam tas-soċjeta Maltija li kienu riżultat ta’ djalogu b’saħħtu biex finalment Malta tkun pajjiż aħjar.

George Hyzler qal li rridu nkabbru l-istandards f’ pajjiżna u dan ghandu jkun l-għan aħħari… hekk kif dak li kien tajjeb fil-passat ma jfissirx li għadu tajjeb għas-soċjetà tal-lum.
Min-naħa tagħha l-Kummissarju Parlamentari għall-Istandards tar-Renju Unit Kathryn Stone, qalet li l-istandards fil-ħajja pubblika hija tema kruċjali fuq livell globali.
Hija qalet li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-pajjiż għandhom ikun responsabbli għall-aġir tagħhom.
Sostniet li għandu jkun hemm distinzjoni bejn il-ħajja pubblika u dik privata, fejn kulħadd għandu dritt għall-ħajja privata iżda meta wieħed jagħżel pożizzjoni pubblika, awtomatikament din il-ħajja privata tibda titnaqqas.
Kathryn Stone saħqet li meta persuna jkollha pożizzjoni pubblika huwa importanti li l-interess pubbliku jitpoġġa qabel dak personali hekk kif l-azzjonijiet tal-individwi jafu jimpattaw l-interess nazzjonali. U insistiet li jekk ma jkunx hemm valuri morali u edukazzjoni b’saħħitha, il-pajjiż jaf jitlef id-direzzjoni tiegħu.
Ma naqsitx ukoll milli titkellem fuq is-sitwazzjoni preżenti fir-Renju Unit bir-riżenja tal-Prim Ministru Boris Johson… fejn dak li ġara, seħħ minħabba nuqqas ta’ standards.
Dan il Forum kien indirizzat fost l-oħrajn mill-eks Kummissarju Ewropew u eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg u mid-Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Charles Polidano.
Preżenti għal dan is-Seminar kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius u d-Deputati Nazzjonalisti Robert Cutajar, Mark Anthony Sammut, Ryan Callus, Ivan Castillo, Bernice Bonello u Grazella Galea. Min-naħa tal-Gvern ħadd ma kien preżenti għall-ftuħ ta’ dan il-Forum.