Fin-New York Stadium, Rotherham Franza ma’ sabet l-ebda diffikultà biex għelbet lill-Ita;ja bl-iskor ta’ 5-1.
Kif kien mistenni, Franza fetħu fuq l-offensiva tant li wara biss disa’ minuti fetħu l-iskor permezz ta’ Grace Geyoro li għelbet lil Laura Giuliani. Ebda reazzjoni mill-Italja li tlett minuti wara sofrew it-tieni gowl b’Maria Antoinette Katoto tgħamel l-iskor 2-0 . Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet evidenti tant li fit-38 minuta minn azzjoni ta’ Sakina Karchaoui kienet Delphine Cascarino li għelbet lil Giuliani għat-3-0. Bil-partita magħluqa fl-40 minuta minn pass ta’ Katoto’ kienet mill-ġdid Grace Geyoro li għamlet l-iskor 4-0 . Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima Geyoro bit-tielet gowl personali għamlet l-iskor 5-0. Fit-tieni taqsima, fis-76 minuta kienet Martina Piemonte li minn azzjoni ta’ Lisa Boattin għelbet lil Pauline Peyraud Magnin għall-iskor finali ta’ 5-1.
Fil-partita l-oħra mill-istess grupp il-Belġju u l-Iżlanda spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
