Matul konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, il-Union tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) ħabbret li fl-aħħar jiem kisbet il-maġġoranza assoluta tal-LSEs li jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Filwaqt li ħabbret dan, il-UPE aċċertat lill-LSEs mill-prinċipji ta’ trasparenza u onestà kif ukoll saħqet li “se tistinka biex tgħolli din l-professjoni.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone, minn naħa tiegħu rringrazzja lill-membri kollha talli taw il-fiduċja tagħhom lill-UPE, kif ukoll, għall-ħolqien ta’ dik li hu sejjaħ “tranżizzjoni storika fir-relazzjonijiet industrijali.” It-tim ta’ tmexxija tal-UPE estenda l-wegħda tiegħu li jikseb appoġġ ta’ maġġoranza f’setturi oħra fix-xhur li ġejjin fejn saħqu li “l-ebda edukatur mhu se jintesa” għaliex, kif spjega Sansone, il-wegħda hija li jaħdmu għall-ġid tas-settur edukattiv, tal-familji tagħna u tal-istudenti.
Il-UPE spjegaw li issa se jgħaddu għall-proċess formali tal-verifika tal-appoġġ tal-maġġoranza li għadda quddiem id-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Il-UPE qed tittama li l-liġi Industrijali tiġi mħarsa u saħqu li se jkunu viġilanti sabiex jiżguraw li l-liġi industrijali tkun segwita l-ħin kollu.
//= $special ?>