Fl-aħħar sigħat mietu tliet persuni bil-Covid biex it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija s’issa hu dak ta’ 762.
U fl-aħħar 24 siegħa nstabu 355 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 450 persuna oħra biex it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 7,764.
Tul il-jum tal-Ħadd saru 994 swab test.
Intant ma’ Net News għamlu kuntatt numru ta’ anzjani li talbu biex l-awtoritajiet jibdew jikkunsidraw id-distanza għal meta jtuhom l-appuntamenti tal-booster.
Anzjani qalu li mhux ġusta, li jingħataw appuntamenti fl-eqqel tax-xemx, u ‘l bogħod mid-dar u għalhekk qiegħed isir dan l-appell.
Fl-aħħar sigħat ġie imħabbar li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiġi offrut it-tieni booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil dawk il-persuni li għandhom bejn 60 u 65 sena.
Fuq direzzjoni f’livell ta’ Unjoni Ewropea, mill-25 ta’ Lulju 2022 passiġġieri li mhumiex fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin jew ċertifikat tal-irkupru, mhumiex se jkunu mitluba jippreżentaw PCR jew rapid test negattiv qabel jidħlu f’pajjiżna.
//= $special ?>