Is-seed numru 15 Karolina Pliskova keċċiet lill-kowċ tagħha Sascha Bajin wara biss 20 xahar. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Pliskova rringrazzjat lill-eks koeċ tagħha fejn qalet li tgħallmet ħafna mingħandu matul dawn ix-xhur.
Pliskova rnexxielha tasal sal-finali ta’ Wimbledon fejn tilfet fil-finali kontra Ashleigh Barty. Pliskova qatt ma rebħet titlu Grand Slam fil-karriera tagħha bl-aħħar titlu WTA jmur lura għall-2020 fi Brisbane. Bajin kien ukoll il-kowċ ta’ Naomi Osaka fejn kien wassalha biex tirbaħ l-Open tal-Istati Uniti u l-Open tal-Awstralja. Hu kien magħżul bħala kowċ tas-sena fl-2018.
//= $special ?>